Li Juventus huma mibgħuda minħabba li jirbħu ta’ spiss hu fatt magħruf. Iżda dak li seħħ fuq Radio International jinżel fl-iktar livelli baxxi possibbli.

Wieħed mis-segwaċi ċempel waqt programm ta’ dan l-istazzjon ta’ Bologna biex jitkellem dwar il-finali taċ-Champions League f’Cardiff, li se tara lil Juventus kontra lil Real Madrid.

Wara li esprima rabja għax skont hu Juventus serqu l-logħba kontra Bologna, il-partitarju kompla hekk:

Is-semmiegħ: “Ninsab irrabjat. Dawn jirnexxielhom jisirqu anke logħob li ma jiswa’ xejn.”
Il-preżentatur: “Jekk tibda b’dan il-mod, inħallik saħansitra 20 minuta titkellem biex tgħid li trid!”
Is-semmiegħ: “Nittama li jaqa’ l-ajruplan li se twassalhom sal-finali taċ-Champions.”
Il-preżentatur: “U jien nemmen li tiegħek min ipokrezija. Kompli ħabib tiegħu.”

Il-preżentatur li kien qed jakkumpanja lil dak li jinstema’ jitkellem, ixxukkjat, jistaqsi lill-kollega tiegħu kif jista’ jkun jgħid xi ħaġa simili. Iżda l-preżentatur li jkompli mas-semmiegħ jirrispondi li hu jixtieq “il-mewt lill-Juventini diformati kollha.”

Hawn is-semmiegħ ikompli għaddej b’ruxxmata tgħajjir lill-plejers, diriġenti u partitarji, waqt li l-preżentatur ikompli jinċitah u jappoġġjah. “Int l-idolu tiegħu,” jgħidlu.

U meta l-kollega tiegħu jipprova jwaqqfu, għax jgħidlu li ma jistax jipparteċipa f’xi ħaġa bħal din, il-preżentatur ikeċċi lir-reġista u jgħidlu li ladarba ma jridx jisma, jista’ jitlaq mill-istudio.

Wara li jgħid li din id-diskursta kienet waħda metaforika, il-konduttur ikompli jgħajjar lill-missirijiet Juventini u wliedhom bħala diformati.

 

Sors: Youtube

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]

dical-banner-1200×280