L-Ispanjol Pablo Moreno ddebutta b’gowl ma’ Juventus Primavera hekk kif fit-tieni logħba ta’ ħbiberija, it-tim ta’ Mister Baldini rebaħ 5-1 kontra Comano Terme. Fl-ewwel logħba, huma għelbu lil Bassa Anaunia 6-0.
Għal din il-partita, Juventus niżlu b’formazzjoni ta’ 4-3-3, b’Loria bejn il-lasti filwaqt li Freitas, Serrao, Capellini u Lucas Rosa ffurmaw id-difiża. Portanova, Makoun u Nicolussi lagħbu fin-nofs filwaqt li t-trio ta’ quddiem kien iffurmat minn Campos, Galvagno u Petrelli.
F’partita milgħuba fuq tliet taqsimiet ta’ 30 minuta, l-ewwel sessjoni spiċċat 0-0. Fit-tieni parti, Galvagno skurja l-gowl tal-1-0 filwaqt li fl-aħħar sessjoni, Juventus żblokkaw ruħhom tassew.
Di Francesco u Leone għamluhom 3-0 filwaqt li Tongya u Pablo Moreno skurjaw it-tnejn l-oħra biex għalqu l-partita 5-1.
Ta’ min isemmi li Moreno ffirma ma’ Juventus wara l-esperjenza tiegħu fil-La Masia ta’ Barcelona, li kienu ħaduh mingħand Granada meta kellu 10 snin.
Moreno ħalla impressjoni kbira ma’ Barcelona minħabba l-livell tekniku għoli li wera hu u anke l-forza fiżika – huwa skurja madwar 200 gowl f’sitt snin fil-livell taż-żgħar.
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com