Wara t-trasferiment ta’ Paulo Dybala ma’ Juventus, issa Palermo qed jirriskjaw li ma jkunux jistgħu jagħmlu bejgħ jew xiri ta’ plejers matul dan is-suq tat-trasferimenti.

Jirriżulta li Palermo kienu impenjati li jħallsu immedjatament is-somma ta’ €5 miljun mill-€10 miljun li kellhom jitħallsu lil Pencil Hill wara t-trasferiment ta’ Dybala, bil-kumplament jitħallsu fuq perjodi oħra.

Iżda jirriżulta li Palermo ħallsu biss parti minn din iċ-ċifra, bil-konsegwenza li Pencil Hill qed jheddu li jitolbu l-iffriżar tal-flus li Palermo se jdaħħlu mill-bejgħ ta’ Vazquez lil Seville.

Fil-jiem li ġejjin mistennija laqgħat oħra bejn iż-żewġ partijiet.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280