L-aħbar li l-plejer ta’ Roma Antonio Rüdiger se jsir plejer ta’ Chelsea ma tantx niżlet tajjeb mal-partitarji tal-istess klabb. Permezz ta’ Twitter xi partitarji bdew jiktbu diversi kummenti kontra dan l-akkwist fejn ħafna bdew isaqsu Rüdiger min hu? Iffirma biex jilgħab mat-tim tar-riservi?

Ċertu partitarji kienu rrabjati wkoll minħabba l-bejgħ ta’ Nathan Aké fejn għalihom b’dan il-bejgħ u bl-akkwist ta’ Rüdiger il-klabb għamel pass ’il quddiem u tnejn lura. Dawn il-partitarji qalu wkoll li Chelsea esprimew interess u akkwistaw lill-plejer fi ftit sigħat, sinjal li fl-opinjoni tagħhom ħadd ma xtaq jakkwista lil dan il-plejer.

Antonio Rüdiger, fis-sigħat li ġejjin, mistenni jiġi konfermat plejer ta’ Chelsea għas-somma ta’ €33 miljun, apparti żieda ta’ €5 miljun f’bonuses.

<strong>Sors: Corriere dello Sport</strong>

<em>Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.</em>

<em>Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280

</em>