Id-difensur ta’ A.C. Milan Mattia De Sciglio jidher kważi ċert li se jħalli lill-klabb, aktarx biex jingħaqad ma’ Juventus u l-eks kowċ tiegħu Massimiliano Allegri.
L-aħbarijiet dwar il-futur tiegħu, u dawk li l-plejer qed jirrifjuta li jġedded il-kuntratt, wasslu biex il-partitarji Milanisti nfexxew kontrih fi tmiem telfa diżappuntanti b’tgħajjir u saħansitra sfat attakkata ommu.
Il-logħba ta’ De Sciglio, magħżul bħala captain fin-nuqqas ta’ Riccardo Montolivo u Ignazio Abate, kienet waħda ħażina.
Wara li saffrulu meta ġie sostitwit, fi tmiem il-logħba kien hemm partitarju li stiednu jingħaqad ma’ Juventus waqt li beda jagħti b’idejh fuq il-vettura tiegħu. Saħansitra waddab flixkun tal-birra lejn il-karozza.
Kien hawn li mill-vettura ħareġ missier il-plejer biex jipprova jikkalma s-sitwazzjoni, u warajh anke martu li spiċċat imbuttata. F’dan il-punt waslu l-forzi tal-ordni li skortaw lill-plejer u lil familtu lura lejn il-garaxx ta’ San Siro.
Sors: La Repubblica
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment