Wara ċ-ċans tad-deheb li Patrik Schick tilef fl-aħħar sekondi tal-partita kontra Roma, il-partitarji Giallorossi kellhom rabja kbira lejn dan il-plejer fejn kellu ċ-cans isalva punt għat-tim tiegħu.
Il-partitarji ta’ Roma ma tantx ħaduha tajba u kellhom kritika ħarxa lejn l-istess plejer fejn fost il-kummenti kien hemm “żball fenomenali”, “gowl li seta’ jiswa mitqlu deheb fl-istaġun” u kumment ieħor kien “€42 miljun biex jixxuttja fil-goalkeeper.”
Jidher biċ-ċar li dan l-iżball se jdum ikarkar ma’ dawn il-partitarji anke mal-istess Juventini iżda dawn tal-aħħar żgur li se jibqgħu jirringrazzjaw lil Patrick Schick.
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com