L-istilla Arġentina ta’ Juventus Paulo Dybala ħeġġeġ lill-eks plejer ta’ Juventus Paul Pogba biex jerġa’ jirritorna lura mal-Bianconeri.
Dybala sostna li minkejja Pogba mar jilgħab fl-Ingilterra, ir-relazzjoni bejniethom dejjem baqgħet waħda tajba.
“Wara li mar jilgħab ma’ Manchester United, xorta bqajna f’relazzjoni tajba. Fil-grawnd dejjem ħassejtni komdu nilgħab miegħu u barra l-grawnd dejjem żamm l-istess karattru.”
Dybala kompla jgħid li l-aħbarijiet rigward ir-ritorn possibbli ma’ Juventus qed jagħmluh ottimist u kuntent li jistgħu jerġgħu jilagħbu flimkien.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com