F’intervista twila li kellu l-midfielder stilla Paul Pogba, hu tkellem dwar il-futur tiegħu. Stqarr li kienu Juventus li ġabuh hu min hu llum il-ġurnata u rringrazzja lil kull min emmen fih, speċjalment lil Antonio Conte.

“Irrid insir leġġenda tal-futbol. Jekk mhux l-aqwa, fost l-aqwa, bħal Pele u Maradona. Jien ma ngħidx li jien l-aqwa però nemmen li se nsir l-aqwa. Dan bis-saħħa ta’ problema li għandi – nobgħod nitlef. It-telf għalija huwa l-agħar ħaġa li jista’ jkolli f’ħajti. Inħobb inkun oriġinali. Naħdem ħafna biex inkun perfett u dejjem għelibt kull min ikkritikani. Kienu ħafna li kkritikaw.”

“Kulħadd isaqsini fuq il-futur u jien illum inwieġeb hekk: “Irrid ngħolli żewġ tazzi oħra: il-kampjonat u l-Coppa Italia. X’hemm wara? Kuntratt ma’ Juventus u kburi li se nonorah. Mhux se tkun ġurnata li nqum filgħodu u ngħid li se nitlaq minn ma’ Juventus. Żgur li le. Għandi kuntratt ma’ Juventus u din id-dar tiegħi.”

Temm l-intervista billi qal li jrid jirbaħ il-EURO 2016 li se ssir ġewwa Franza, pajjiżu.

Sors: La Repubblica/TuttoJuve