L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala jidher li jixtieq iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus, iżda stqarr ukoll li ma jiddependix biss minnu.

“Ninsabu fi stadju avvanzat, iżda l-aġent tiegħi se jirritorna lejn l-Arġentina minħabba li twieled ibnu. Ilkoll ninsabu pożittivi u ċerti li t-tiġdid tal-kuntratt se jseħħ. Naf li ilna nitkellmu dwar dan minn Novembru, imma ma jiddependix biss minni. Staqsu wkoll lil Juventus,” qal Dybala.

Hu maħsub li Dybala, ladarba jġedded, jibda jaqla’ paga daqs Gonzalo Higuaín.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280