Paulo Dybala u n-numru tidher li se tkun kombinazzjoni tajba ħafna għaliex il-bidu ta’ dan l-istaġun għall-istilla Arġentina qed ikun wieħed fantastiku.

Bit-tliet gowls li skurja llum, Dybala skurja t-total ta’ 8 gowls fil-kampjonat u qiegħed fil-quċċata tal-aqwa skorers. Meta tgħaqqad iż-żewġ gowls li skurja fis-Supercoppa l-ammont jitla’ għal 10 fejn il-medja hija li Dybala skurja gowl kull 48 minuta iżda meta tikkunsidra fil-kampjonat biss il-medja turik li skurja gowl kull 37 minuta.

Dan il-bidu memorabbli għal dan il-plejer żgur li huwa wieħed inkoraġġanti ħafna għall-kumplament tal-istaġun fejn mistennija aktar affarijiet sbieħ minn dan il-plejer.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com