Id-Direttur Sportiv ta’ F.C. Internazionale, Piero Ausilio, ikkonferma li Napoli jridu lil Maurito Icardi, iżda għamilha ċara li d-diriġenza mhux interessata li dan iseħħ.

“Lil Napoli mhux se ntuh. Mhix kwistjoni ta’ flus. M’hemm l-ebda trattattiva u Icardi se jinżamm, kif se jinżammu plejers oħra,” qal Ausilio.

Kompla li Icardi m’għandux klawżola u li Inter mhux interessati f’offerti. Saħaq madankollu li issa mhux iż-żmien li jiġġeddidlu l-kuntratt, minkejja l-appelli ta’ martu u l-aġent tiegħu, Wanda Nara.

Sors: Fcinternews

dical-banner-1200×280