It-trasferiment tal-Kroat lejn is-Serie A jidher li se jkun possibbli verament, b’Juventus favoriti li jiksbu l-firma tal-plejer.

Marco Pjaca, 21 sena, jidher li għażel lil Juventus u issa l-klabb minn Turin għandhom il-possibbilt li jinnegozjaw mal-klabb Kroat, Dinamo Zagreb.

Milan, min-naħa l-oħra, jistgħu jinnegozjaw mal-Kroati biss jekk Juventus u Dinamo Zagreb ma jiftehmux fuq it-trasferiment.

Juventus fil-vantaġġ għal Pjaca!