L-iktar kompetizzjoni prestiġġjuża fl-Ewropa se tidħol fil-fażi li tinteressa l-iktar lil ħafna segwaċi tal-futbol, il-fażi tal-gruppi. Il-poloz tal-gruppi se jkunu qed jitilgħu l-Ħamis 24 t’Awwissu fis-6pm.
Fl-ewwel pot insibu dawk it-timijiet rebbieħa tal-Kampjonati rispettivi tagħhom fosthom Juventus. Flimkien mal-Bianconeri hemm ir-rebbieħa Real Madrid, kif ukoll Bayern München, Benfica, Chelsea, Shakhtar Donetsk, Monaco u Spartak Moscow.
Fit-tieni pot insibu lil Barcelona, Atlético Madrid, PSG, Borussia Dortmund, Sevilla, Manchester City, Porto u r-ritorn ta’ Manchester United.
Fit-tielet pot insibu lil Napoli, Tottenham, FC Basel, Olympiacos, Anderlecht, Roma, Beşiktaş u Liverpool.
Fir-raba’ u l-aħħar pot insibu lil Celtic, Feyenoord, RB Leipzig, NK Maribor, CSKA Moscow, Qarabağ FK, Sporting CP u Apoel Nicosia.
Kif nistgħu naraw, f’kull pot hemm timijiet validissimi u żgur li t-timijiet li jinsabu fl-ewwel pot se jkollhom tliet avversarji diffiċli fil-grupp tagħhom. Aħna l-prijorità tagħna huwa t-tim ta’ Juventus u għalhekk nittamaw li jkollna polza tajba.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com