Il-midfielder Kroat Marcelo Brozović jidher li mhux se jdum wisq ma’ Inter hekk kif fi tmiem il-ġimgħa, il-plejer deher jitlaq mir-ritiro tal-klabb u ma ġiex konvokat għal-logħba kontra Juventus.
L-għażla saret minn Frank de Boer, appoġġjat mis-soċjetà minħabba “komportament mhux professjonali”. Is-sitwazzjoni kompliet tiggrava fl-aħħar jiem, u jingħad li xi wħud mill-plejers ukoll ħaduha kotnrih.
Fis-suq tat-trasferimenti li għadu kif intemm, Brozović kien fil-mira ta’ Juventus, iżda Inter m’approvawx dan it-trasferiment. Jingħad li Brozović kellu jġedded, iżda issa jidher li dan hu impossibbli.
Sors: Tuttosport






