Roma se jkollhom ibigħu wieħed mill-plejers ewlenin tagħhom hekk kif mill-ġdid qed jissieltu mar-regoli tal-Fair Play Finanzjarju.
Wara li matul l-istaġun li għadda kellhom ibigħu lil Salah lil Liverpool għal €42 miljun u €8 miljun f’bonuses, issa l-klabb se jkollu jagħżel plejer ewlieni ieħor, aktarx bejn Strootman u Nainggolan.
Dan hekk kif id-dejn tal-klabb żdied għal €192.5 miljun, bil-pagi li telgħu għal €145 miljun. Fil-fatt fl-aħħar sigħat saret laqgħa bejn diriġenti tal-klabb u l-President Pallotta fl-Istati Uniti.
Il-klabb hu sfurzat ibigħ plejer għal madwar €40 miljun, u mhux se jsiru akkwisti qabel jinbiegħ ħaddieħor. L-iktar plejer qrib li jħalli l-klabb fil-fatt hu Strootman, li għandu klawżola reċissorja ta’ €45 miljun b’Liverpool u Marseille interessati.
Sors: Sportmediaset
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com