Jidher li t-trasferiment ta’ Neymar minn Barcelona għal ma’ PSG se jseħħ fis-sigħat li ġejjin billi l-klabb Franċiż idur dawra sħiħa mal-Financial Fair Play u jevita sanzjonijiet.

Jidher li Barcelona se jakkwistaw il-€222 miljun tal-klawżola, iżda minn dawn, PSG mhuma se joħorġu xejn. Kif? Jirriżulta li se jkun Neymar li jħallas il-€222 miljun, waqt li personalment jirċievi ċifra ta’ €300 miljun mingħand fond immexxi minn Nasser Al-Khelaifi, il-Kap Eżekuttiv ta’ PSG.

Il-flus se jingħataw lil Neymar mingħand Qatar Sports Investment, il-fond finanzjarju li jmexxi t-Tazza tad-Dinja tal-2022, biex ikun ambaxxatur u sponsor ewlieni tal-istess Tazza tad-Dinja. Qatar Sports Investment imexxi wkoll l-investimenti sportivi tal-familja rjali tal-pajjiż fl-isport, li tagħha El Khelaifi jifforma parti.

B’hekk PSG se joħorġu ‘biss’ €150 miljun f’paga mifruxa fuq ħames snin, waqt li missieru jieħu €36 miljun f’kummissjonijiet bħala l-aġent.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280