Raġel ċempel lill-Pulizija jitlobhom jintervjenu hekk kif il-ġirien tiegħu kienu jinstemgħu jgħajtu u ħaseb li qed jiġġieldu u kienu se jiġu fl-idejn.

Il-każ seħħ f’Poirino, f’Turin, meta fl-għassa daħal rapport ta’ raġel inkwetat li lill-Pulizija qalilhom: “Ejjew malajr. Il-ġar tiegħi tilef rasu, qed jargumenta mal-mara u t-tifel. Jgħajjat u jwerżaq. Inkwetat għalihom!”

Iżda jirriżulta li mal-wasla tagħhom, il-Pulizija mhux talli ma sabux xi koppja titqabad f’xulxin, iżda raġel ferħan se jtir minħabba li Juventus kienu għadhom kif akkwistaw il-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss taċ-Champions League.

Il-Pulizija semgħu l-verżjoni tar-raġel, li spjegalhom li dak li sema’ l-ġar kienu biss iċ-ċelebrazzjonijiet mal-gowl ta’ Dybala, u rritornaw lura lejn l-għassa jirrakkontaw dan l-episodju mhux tas-soltu lill-kollegi tagħhom.

Sors: Torino Today

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280