Il-ġurnalist u partitarju Naplitan Raffaele Auriemma jinsab ċert li Higuaín se jħalli lil Napoli.

“De Laurentiis jaf bil-volontà tal-plejer, jaf li m’għandux iħalli l-livell tekniku tal-iskwadra jonqos u għandu ċans juri li kapaċi jsalva minn dan il-bejgħ bħalma kien kapaċi jagħmel meta telaq Cavani,” qal Auriemma.

Kompla li fl-opinjoni tiegħu Napoli għandhom jakkwistaw lil Morata, biex skont hu jkunu taw botta inkejjuża lil Juventus.

Sors: Radio Crc

dical-banner-1200×280