L-aġenti tal-Brażiljan Dani Alves, li nħall mill-kuntratt ma’ PSG, iltaqgħu ma’ rappreżentanti ta’ Juventus f’Turin. Jidher li l-iskop kien li jaraw jekk hemmx interess fir-ritorn ta’ Alves.

Jidher li r-risposta ta’ Juventus m’għalqitx il-bieb għar-ritorn, għalkemm s’issa t-talba tal-plejer għadha titqies bħala waħda għolja. Fl-istess waqt hemm ukoll interess minn Inter u Manchester City.

Apparti minn dan, l-akkwist ta’ Dani Alves jorbot ukoll mal-bejgħ ta’ João Cancelo, li jinteressa b’mod speċjali lil Manchester City.

Sors: Goal

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280