Il-leġġenda ta’ Napoli, Diego Armando Maradona, fuq is-siti soċjali uffiċjali tiegħu tella’ ritratti tar-rigal li qala’ mingħand martu … u apparti l-awguri, irċieva wkoll xita’ ta’ kummenti ironiċi.
Ir-rigal? Xejn ħlief dik il-piġama li jidher liebes l-istess Maradona, bil-kummenti jvarjaw minn persuni li jsaqsuh jekk hix tan-nisa jew l-irġiel għal oħrajn li sfaċċatament jgħidulu kemm hi kerha.
Wara, Maradona ntefa’ quddiem kamera fejn irringrazzja lil dawk li awgurawlu u qal li kieku kien hemm l-iskwadra li kien jilgħab magħha, flok rebħa, Juventus kienu jaqilgħu erba’ gowls.
Sors: Facebook






