Hekk kif The New York Times tkompli bl-investigazzjoni tagħha fuq is-sid ta’ Milan, Yonghong Li, jiżdiedu d-dubji dwar il-possibbiltà li n-negozjant Ċiniż qarraq b’kulħadd biex xtara lil A.C. Milan.
Ritratti tal-ġurnalist Amerikan juru li l-uffiċċju minn fejn suppost topera l-kumpanija tiegħu hu magħluq b’avviż li ma tħallsitx il-kera. Is-siġġijiet u mwejjed f’diżordni, kompjuters mingħajr hard disk u kontenitur għall-iskart mimli ħmieġ u nfestat mid-dud.
Sors: The New York Times
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com