Ir-referee Nicola Rizzoli, li kkontrolla d-derby bejn Juventus u Inter, qal li dawn tal-aħħar qed jaqilgħu l-polemiċi u jattakkaw lilu biex jiffrankaw is-sospensjoni li ngħataw Icardi u Perišić.
“Nifhem l-atteġġjament ta’ Inter. Qed jippruvaw minn kollox biex inaqqsu s-sospensjoni li ngħataw il-plejers tagħhom. Assolutament m’għandi l-ebda sudditanza, anzi fil-bidu tal-kampjonat ikkritikawni għax ħadt żball kontra Juventus, fil-logħba ma’ Milan,” fakkar RIzzoli.
Wieġeb hekk għall-mistoqsija dwar il-fatt li r-referees spiss jiġu kkritikati li meta jirreffjaw lil Juventus tant ikollhom biża’ u rispett żejjed lejhom, li jiffavoruhom fuq timijiet oħrajn.
Sors: TuttoJuve






