Ir-referee Nicola Rizzoli spjega r-raġuni wara t-tisfira tiegħu, li waqqfet lil Icardi milli jkompli javvanza, waħdu, quddiem Buffon fil-logħba bejn Juventus u Inter.

“Il-ballun irid ikun wieqaf biex jingħata freekick. F’dan il-każ, il-logħob ma bediex b’mod korrett u għalhekk tlabt li tibda mill-ġdid,” spjega Rizzoli waqt Le Iene.

Kompla li saffar għat-tieni darba, “għaliex anke fit-tieni darba l-ballun ma kienx wieqaf. Tlabt lil Chiellini jpoġġi l-ballun f’postu mill-ġdid u jwaqqfu qabel jibda l-logħob.”

Hu ddeskriva din il-polemika bħala “x-xejn.”

Sors: Le Iene

dical-banner-1200×280