Rabja fuq is-siti soċjali minn diversi partitarji Interisti wara li Roberto Gagliardini, midfielder akkwistat minn Inter f’Jannar, deher isegwi l-partita bejn Juventus u Barcelona fil-Juventus Stadium.
Fil-fatt, fil-55 minuta l-cameras ta’ Mediaset iffukaw għal ħin relattivament twil fuq iż-żagħżugħ Taljan, f’sezzjoni fejn kien imdawwar minn partitarji Juventini.
Qabel iffirma ma’ Inter, Gagliardini kien jissemma bħala akkwist probabbli ta’ Juventus.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






