L-eks midfielder ta’ Juventus, Roberto Pereyra, esprima d-dispjaċir tiegħu li Juventus riedu li jinbiegħ u qal li jixtieq jirritorna fis-Serie A.

“Stennejt aġir differenti minn Juventus u Allegri. Kont diżappuntat bit-trasferiment tiegħi, għax ma kienx hemm raġuni għala kelli ninbiegħ,” qal Pereyra.

Kompla li fl-opinjoni tiegħu kellu fejn jintuża fil-midfield attwali ta’ Juventus, iżda qal li issa kuntent ma’ Watford, fejn il-kowċ Mazzarri jemmen fih.

“Tkun xi ħaġa sabiħa li xi darba nirritorna fis-Serie A, biex inkun protagonist, u xi ħadd jiddispjaċih li ħallieni nitlaq,” qal Pereyra.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280