Ir-relazzjoni tajba ħafna bejn Juventus u Sampdoria mistennija tħalli l-frott hekk kif is-soċjetà ta’ Massimo Ferrero aktarx taċċetta l-bdil ta’ numru ta’ plejers minflok ċifra ta’ €25 miljun fi flus kontanti biss.

Dan hekk kif Juventus offrew id-dritt fuq żewġ plejers minn Riccardo Orsolini, Andrea Favilli, Filippo Romagna u Rolando Mandragora.

Dwar l-istess plejers intlaħaq ftehim fuq il-valutazzjoni tagħhom biex b’hekk mal-għażla taż-żewġ plejers tiżdied somma flus biex tintlaħaq is-somma komplessiva ta’ €25 miljun, daqs il-klawżola reċissorja tal-plejer.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280