Aħbar b’sorpriża hekk kif il-Kummissarju Sportiv fi ħdan il-Lega Calcio ta rebħa ta’ 3-0 lil Pescara fuq Sassuolo wara li dawn tal-aħħar kienu rebħu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Jirriżulta li l-problema nqalgħet malli fil-grawnd daħal Antonino Ragusa, akkwist ġdid ta’ Sassuolo, li rebħu l-logħba 2-1.

Madankollu, fil-lista uffiċjali ta’ 25 plejer imressqa minn Sassuolo għal din il-logħba, Ragusa ma kienx hemm u l-akkwist tiegħu ġie rreġistrat wara li l-lista għaddiet għand l-awtoritajiet tal-futbol.

Kien għalhekk li l-Kummissarju Sportiv biddel ir-riżultat minn 2-1 favur Sassuolo għal 3-0 favur Pescara.

Sors: Lega Calcio

dical-banner-1200×280