Sassuolo fl-aħħar xhur komplew jimpressjonaw wara li l-għaqal tas-soċjetà ħalliet il-frott u l-klabb għamel qabża kbira ta’ kwalità.
Iżda statistika li għandha tagħti fiduċja lil Juventus hi li Sassuolo jħossuha ferm diffiċli biex jiskurjaw fil-Juventus Stadium. Fil-fatt, hawn Juventus qatt ma qalgħu gowls mingħand Sassuolo f’dan il-grawnd relattivament ġdid.
Bl-intenzjoni li din l-istatistika negattiva titwaqqaf, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ Domenico Berardi minħabba injury, Di Francesco qed jistrieħ fuq l-esperjenza ta’ Alessandro Matri.
Sors: Il Resto del Carlino