Wara t-tlugħ tal-poloz tal-Uefa Champions League, waslet immedjatament ir-reazzjoni ta’ Barcelona fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Juventus fil-kwartifinali. Il-Viċi President tal-Katalani Jordi Mestre esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-avversarju u fl-aħħar sellem ukoll lill-eks plejer tagħhom Dani Alves.

“Juventus huwa klabb storiku bi storja kbira. Żgur li se jkunu żewġ logħbiet interessanti u kompetittivi ħafna. Fil-futbol jista’ jiġri minn kollox, il-fatt li kkwalifikajna u qegħdin hawnhekk hija prova biżżejjed.”

Mestre fl-aħħar kellu kliem ta’ tifħir dwar il-kowċ preżenti ta’ Juventus u li huwa fil-mira ta’ Barcelona, Massimiliano Allegri.

“Allegri bla dubju huwa kowċ kbir u eżemplari f’xogħlu iżda dan mhux il-ħin opportun li nitkellmu fuq il-kowċis. Meta jasal il-waqt żgur li se nkunu qed niddiskutu ma’ dak il-kowċ li jkun qed jinteressana. Fl-aħħar nixtieq inselli għal Dani Alves. Ninsabu kuntenti u ħerqana ħafna li se jerġa’ jiġi fil-Camp Nou.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280