Il-UEFA tat sentenza ta’ sena sospensjoni mill-kompetizzonijiet Ewropej lil Milan, liema sentenza tidħol fis-seħħ immedjatament u allura tara lil Milan barrra mill-edizzjoni ta’ din is-sena.
Barra minn hekk, fis-sentenza Milan jirċievu wkoll multa ta’ €30 miljun, li madankollu mhux neċessarjament titħallas immedjatament.
Dan wara li kompliet tikkumplika ruħha s-sitwazzjoni tal-bejgħ tal-klabb minn Yonghong Li, jew lill-familja Comisso inkella lill-familja Ricketts.
Sadattant, hekk kif hemm kważi ċertezza għall-esklużjoni mit-tazez Ewropej, Fiorentina sejħu l-iskwadra għad-data antiċipata tat-2 ta’ Lulju. L-unika tama li fadal għal Milan issa hi li s-sentenza tkun inqas severa wara l-appell.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com