Il-grupp Ċiniż li lest jinvesti f’A.C. Milan irid jiddefendi ruħu minn akkużi ta’ frodi li qed isiru fil-konfront tiegħu.
Dan wara li l-persuna li sellef il-flus lill-grupp Ċiniż, u li ismu jidher fuq id-dokumenti, akkuża liċ-Ċiniżi li pproduċew rapport bankarju falz fil-bidu tan-negozjati.
Jirriżulta li malli saru l-akkużi, Bank of Jiangsu Co., li fuq id-dokument kien hemm it-timbru tiegħu, beda jinvestiga u sar magħruf li ma nħareġ l-ebda rapport simili fil-konfront tal-konsorzju Ċiniż.
Affaċċjat b’dawn l-akkużi, il-konsorzju ma kkonfermax li xi darba bagħat dokument simili u ħabbar li hu lest jikkonkludi t-trattattivi li għandhom iwasslu f’investiment ta’ €740 miljun, inkluż l-akkwist tad-dejn.
Ftit li xejn hu magħruf dwar il-konsorzju Sino-Europe Sports Investment Management Changxing Co, immexxi minn Li Yonghong.
Sors: Bloomberg