Il-Gvern Ċiniż mistenni jħabbar lill-grupp Suning, li jmexxi lil Inter, fuq lista sewda ta’ kumpaniji li jiksru r-restrizzjonijiet tal-pajjiż dwar investimenti irrazzjonali barra miċ-Ċina u fis-setturi tal-proprjetà, divertiment jew sport.

Il-lista mistennija titħabbar b’mod uffiċjali wara li f’Ottubru, fiċ-Ċina, se jitlaqqa’ l-Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista tal-pajjiż.

Huanteng, li jmexxi l-Kummissjoni Nazzjonali Ċiniża għall-Iżvilupp u r-Riformi, qal li “l-azjendi fuq il-lista s-sewda (blacklisted) se jkunu jistgħu jkomplu jinvestu barra miċ-Ċina, imma jingħataw multi għaliex ikunu meqjusa li qed jagħmlu diżunur fil-konfront ta’ aġenziji regolatorji.”

Il-familja Zhang, li tmexxi s-Suning, qalet li tinsab trankwilla b’konvinzjoni li l-kwistjoni mhix se toħloq problemi għal Inter.

Sors: China Daily

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com