Il-gazzetta La Stampa irrappurtat l-aħbar li l-eks President ta’ Milan Silvio Berlusconi mistenni jkun investigat fuq ħasil ta’ flus fil-bejgħ ta’ Milan lil Yonghong Li.
La Stampa sostniet li l-klabb inbiegħ għas-somma ta’ €300 miljun jiġifieri ħafna aktar minn kemm verament jiswa l-istess klabb.
Din l-istess gazzetta rrappurtat li nfetħet investigazzjoni fuq possibbiltà ta’ ħasil ta’ flus minn Berlusconi, il-kumpanija Fininvest u Yonghong Li.
Sors: La Stampa
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com