Il-President ta’ A.C. Milan Silvio Berlusconi approva l-bidu ta’ trattattiva b’mod esklussiv tal-klabb liċ-Ċiniżi. Dan hekk kif bħalissa għaddej il-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tas-soċjetà.

Wara din l-approvazzjoni, Fininvest issa sejħet Kunsill Amministrattiv straordinarju għal iktar tard waranofsinhar. Fih trid tingħata l-approvazzjoni finali biex jiġi ffirmat ftehim ta’ esklussività maċ-Ċiniżi, u li jibqa’ validu għal xahar.

L-investituri Ċiniżi huma interessati li jakkwistaw 70% ta’ A.C. Milan.

Sors: MilanNews.it