L-eks kowċ ta’ Milan, Siniša Mihajlović żvela li Silvio Berlusconi ma ridux jilgħab lil Gianluigi Donnarumma meta kellu 16-il sena u 8 xhur.
“Kulħadd kien jiddubita l-għażla tiegħi li jilgħab Donnarumma għax kellna lil Diego Lopez, u Gianluigi kien għadu żgħir. Illum sar imprezzabbli, u kburi bl-għażla tiegħi,” qal Siniša Mihajlović.
Kompla li Berlusconi mar darbtejn f’Milanello biex jordnalu jilgħab lil Diego Lopez. “Għidtlu li jew ikeċċini, u jibda jilgħab Lopez, inkella nibqa’ jien u jara lil Donnarumma jilgħab. Fortunatament iddeċieda li jżommni.”
Illum il-ġurnata Donnarumma sar wieħed mill-aqwa goalkeepers fid-dinja, u Milan jinsabu f’ferneżija biex iġedded hekk kif hemm interess qawwi minn Juventus.
Sors: Il Corriere della Sera