Il-plejer li preżentement jinsab ma’ Genoa Armando Izzo mistenni jeħel sitt snin sospensjoni mix-xena tal-futbol u multa ta’ €20,000 wara li l-istess plejer u t-tim ta’ Avellino kienu fost dawk investigati rigward irranġar ta’ logħob.
Iż-żewġ logħbiet imsemmija li kienu rranġati huma żewġ logħbiet ta’ Avellino kontra Modena u Reggina fl-istaġun 2013/14. Avellino mistennija jitnaqssulhom ukoll seba’ punti fil-Kampjonat tas-Serie B.
Fit-tim ta’ Avellino ma’ Izzo kien hemm il-plejers Francesco Millesi u Luca Pini li mistennija jeħlu l-istess sospensjoni ta’ Izzo. Il-President ta’ Avellino Walter Taccone mistenni jeħel disa’ xhur sospensjoni u multa ta’ €45,000.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment