Il-midfielder ta’ Roma Kevin Strootman jista’ jaffaċċja sospensjoni minħabba l-evidenza tal-vidjow wara s-simulazzjoni fil-partita kontra Lazio.
Wara dan l-inċident kulħadd ra’ b’għajnejh li l-penalty li ngħataw Roma kien ineżistenti għaliex Strootman ma kienx milqut mit-tackle ta’ Wallace.
Issa hu mifhum li għal din l-azzjoni mistennija tiġi użata l-evidenza tal-vidjow fejn jekk jirrizulta li Strootman għamel simulazzjoni, jista’ jeħel aktar minn logħba waħda sospensjoni.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com