L-attakkant ta’ Napoli Gonzalo Higuaín ġie sospiż għal erba’ logħbiet wara li tkeċċa fil-logħba kontra Udinese, u wara għamel xenata sħiħa fejn saħansitra refa’ idejh fuq ir-referee Massimiliano Irrati.

Id-deċiżjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina Gianpaolo Tosel tfisser li Napoli jitilfu lill-plejer għal kontra Verona, Inter, Bologna u Roma.

Napoli se jkollhom lil Maurizio Sarri nieqes ukoll għal-logħba li jmiss.

Sors: La Gazzetta dello Sport