L-istazzjon nazzjonali Ċiniż, CCTV, qed jakkuża lil Suning li użaw ix-xiri tas-soċjetà ta’ Internazionale F.C. bħala mossa biex jirriċiklaw il-flus.

F’servizz miktub mir-riċerkatur Yin Zhongli, jingħad li fil-borża Ċiniża l-grupp Suning Commerce tilef 6.5% u għalhekk jingħad li wieħed ma jistax jifhem kif il-grupp għamel investiment ta’ €270 miljun, li magħhom jiżdied id-dejn ta’ Inter, biex ġiet akkwistata kwota ta’ 68.55% ta’ Inter.

Jingħad ukoll kif ħafna kumpaniji Ċiniżi għandhom problemi ta’ djun jew telf finanzjarju, u allura teżisti sorpriża li dawn il-klabbs qed jonfqu somom ferm kbar biex jixtru klabbs tal-futbol.

Fil-fatt teżisti wkoll perplessità anke fuq l-akkwist ta’ A.C. Milan minn Yonghong Li b’self mill-fond Elliot. Madankollu, din l-aħbar ftit li xejn imxiet, meta kkumparata ma’ dik dwar Suning.

Min-naħa tiegħu, il-grupp Suning iddikjara li mexa mar-regoli lokali, bil-Viċi President Sun Weimin jgħid li Inter hi soċjetà kkunsidrata asset produttiv.

Sors: CCTV

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280