Telefonata bejn Juventus u Real Madrid wasslet biex feġġ xaqq ta’ dawl fuq il-permanenza t’Álvaro Morata ma’ Juventus.
Fl-intervent li għamel waqt programm fuq Sportitalia, Pedullà qal illi saret telefonata twila bejn Marotta u Real Madrid li tulha d-Direttur Ġenerali ta’ Juventus insista fuq ir-rieda tal-Bianconeri li jżommu lil Morata almenu għal sena oħra jew saħansitra jibdew trattattivi biex Juventus jagħmlu offerta għalih li tista’ togħġob lil Real Madrid.
Din it-telefonata tidher li wasslet għal xaqq ta’ dawl minkejja li fl-aħħar jiem issemmew PSG u klabbs Ingliżi u filwaqt illi qabel ftit li xejn kien hemm tama li jibqa’ mal-Bianconeri, din it-telfonata flimkien mal-fatt li t-tfajla ta’ Morata tixtiequ jibqa’ l-Italja jista’ jkun illi twassal għal bidla fid-direzzjoni f’dak li hu l-futur tal-attakkant Spanjol.
Sors: Alfredo Pedullà
Ħalli Kumment