Gowls: Rebić, Modrić, Rakitić (K)
Karti Sofor: Mercado, Otamendi, Acuna (A), Rebić, Mandžukić, Vrsjalko, Brozović (K)
Plejer tal-logħba: Mandžukić (K)

Arġentina ineżistenti hekk kif il-Kroazja juru li huma wieħed mit-timijiet li ma tistax taqtagħhom mill-favoriti wara li għelbu lill-Arġentina 3-0. F’logħba ferm divertenti, kienu l-Arġentina li ħarġu fl-offensiva imma wara biss 5 minuti, Perišić isib xutt sabiħ minn tiegħu milqugħ minn Caballero. Biex wara beda attakk Arġentin. Fit-13-il minuta, first timer ta’ Meza jispiċċa blokkat minn difensur Kroat. Fit-22 minuta, Acuna jara x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta. Ftit wara, Perez ifalli ċans tad-deheb, hekk kif min rebound fil-kaxxa ż-żgħira jitfa’ barra. Fit-33 minuta, Mandžukić jaħsad id-difiża tal-Arġentina hekk kif jogħla fuq kulħadd imma jitfa’ ftit ‘il barra.

Fit-tieni taqsima, l-Arġentina jerġgħu jkunu perikolużi mill-ewwel hekk kif Aguero jsib l-ispazju fejn ix-xutt sussegwenti tiegħu jigi kkontrollat min Subašić. Biex fit-53 minuta, Otamendi jqassam lil Caballero li jqassam lura ħażin, bil-ballun jasal għand Rebić li jirnexxielu jegħleb lil Caballero. Fl-64 minuta, Meza jfalli ċans kbir hekk kif ix-xutt tiegħu jispiċċa f’idejn Subašić. Mandžukić jipprova jagħmilhom 2-0 ftit wara, imma l-first timer tiegħu jispiċċa ftit ‘il barra. Biex fit-80 minuta, Modrić jaqbad il-ballun, isib spazju fuq Otamendi u b’xutt mill-isbaħ jegħleb lil Caballero qalb il-briju tal-Kroati. Tkompli l-umiljazzjoni tal-Arġentina, b’Rakitić jolqot il-lasta fis-87 minuta wara freekick b’saħħtu. Fil-91 minuta, Rakitić jagħmilhom 3-0 wara li Kovačić jirnexxielu jiftaħ spazju għalih biex faċilment jitfa’ wara Caballero.

Skor Finali: Arġentina 0, Kroazja 3

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280