Il-Kumitat jixtieq javża lill-membri u lil persuni oħra rreġistrati fis-sistema tal-korrispondenza elettronika tal-klabb li f’dawn il-jiem għaddej xi ttestjar.

L-ittestjar qed isir biex jissolvew xi problemi li jista’ jkun hemm, inkluż persuni li ma kinux qed jirċievu korrispondenza mill-klabb, kif ukoll biex din is-sistema titjieb.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kumitat jixtieq jiskuża ruħu ma’ dawk li fl-aħħar sigħat irċivew sensiela ta’ emails mingħand il-klabb. Madankollu, dan kien l-uniku mod li s-sistema setgħet tiġi ttestjata.