Il-Qorti Sportiva tal-Appell fi ħdan il-Federcalcio laqgħet ir-rikors ta’ Napoli u naqqset is-sospensjoni tal-attakkant Gonzalo Higuaín minn erba’ għal tliet logħbiet.

Dan ifisser li Higuaín, li tkeċċa wara li refa’ jdejh fuq ir-referee Irrati waqt il-logħba kontra Udinese, hu eliġibbli għal-logħba kontra Roma.

Sors: Gazzetta dello Sport