It-trasferiment ta’ Franck Yannick Késsié jista’ jfalli, b’Milan li talbu eżamijiet mediċi ulterjuri wara dawk li saru lbieraħ.

Skont Afrique Presse, ir-raġuni għal dan hi li l-plejer allegatament gideb dwar kemm għandu żmien, u fil-fatt hu ikbar mill-20 sena li ijgħid li għandu.

Minkejja dan, jidher li l-plejer u Milan laħqu ftehim li għandu jwassal biex il-plejer jiġi trasferit u Atalanta jirċievu €28 miljun u xi bonuses. Issa t-trasferiment jiddependi mill-verifika tal-età tiegħu.

Din mhix l-ewwel darba li tqanqlu dubji dwar l-età tal-plejer. Fl-2013, qabel ħa sehem fil-Copa Africa U17 li l-Kosta tal-Avorju li ħa sehem magħhom rebħu, kien hemm polemika.

Dan wara li l-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kosta tal-Avorju neħħiet id-data tat-twelid tiegħu mis-sit uffiċjali. Sa dakinhar kienet imniżżla bħala l-1 ta’ Jannar 1991 iżda din ma kinitx taqbel mad-data tad-19 ta’ Diċembru 1996 fuq is-sit tal-FIFA.

Sors: Afrique Presse

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280