Matul il-ġimgħa li għaddiet, it-tim tal-Primavera mmexxi minn Fabio Grosso pparteċipa fit-turnew internazzjonali ta’ taħt id-19-il sena ġewwa Aesch, l-Iżvizzera.
Il-ġganti Taljani kellhom jaffrontaw lil Hamburg tal-Germanja, Sporting Lisbon tal-Portugal u Red Star Belgrade tas-Serbja fi Grupp A. Għall-kronaka, il-grupp l-ieħor kien kompost minn Fulham tal-Ingilterra, Basel tal-Iżvizzera, Aesch tal-Iżvizzera wkoll u Fluminense tal-Brażil.
Fl-ewwel ħarġa tagħhom, Juventus għelbu lil Red Star Belgrade bl-iskor ta’ 3-2, b’Moises Kean jiskurja doppjetta filwaqt li Gabriele Bove jiskurja l-gowl l-ieħor. Kean reġa’ kien protagonist fil-partita ta’ wara, fejn skurja l-gowl li ta punt lil Juventus fid-dro ta’ 1-1 kontra Sporting Lisbon. Kontra l-Ġermaniżi ta’ Hamburg, kien it-talentuż Fabrizio Caligara li ta r-rebħa lil Juventus, hekk kif grazzi għaż-żewġ gowls tiegħu, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
Fis-semifinali, Juventus affrontaw lill-Brażiljani ta’ Fluminense fejn sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0, biex imbagħad iltaqgħu mal-Iżvizzeri ta’ Basel fil-finali għat-tielet u r-raba’ post. Gianmaria Zanandrea, Massimo Goh u Simone Mancini skurjaw tliet gowls biex poġġew lil Juventus fit-tielet post.
Ta’ min isemmi li l-goalkeeper Filippo Marricchi ġie nominat bħala l-aqwa goalkeeper tat-turnew.
Primavera al Torneo di AeschTorneo di Aesch: tutti i gol della Juventus Primavera, terza classificata al torneo internazionale di Basilea. goo.gl/Z6C3sX
Posted by Giovani Bianconeri on Monday, 1 August 2016
Ħalli Kumment