Real Madrid u Atlético Madrid ma jistgħux iwettqu trasferimenti, la fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar u lanqas f’dak tas-sajf 2017. Dan ifisser li l-klabbs Spanjoli ma jistgħux jirreġistraw plejers ġodda.

Dan seħħ wara li l-Kummissjoni tal-Appell tal-FIFA ddeċidiet li tirrifjuta l-proposta ta’ ftehim ippreżentat mill-klabbs Spanjoli u b’hekk ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Dixxiplinari tal-FIFA.

Il-kwistjoni hi dwar ir-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ plejers minorenni, bil-klabbs rispettivi jingħataw ċans ta’ 90 ġurnata biex dawn is-sitwazzjoni tagħhom tkun regolarizzata.

Minbarra dan, Atlético Madrid u Real Madrid iridu jħallsu multa’ ta’ €822,000 u €329,000 rispettivament.

Real Madrid diġà appellaw mis-sentenza.

Sors: Calciomercato

dical-banner-1200×280