Wara ħafna spekulazzjonijiet u ħafna artikli speċjalment fl-Ingilterra dwar il-possibbiltà li Allegri jkun is-suċċessur ta’ Wenger, issa l-ġganti Spanjoli ta’ Barcelona jidher li poġġew lil Allegri bħala wieħed mill-kandidati ewlenin biex jieħu post Luis Enrique s-sajf li ġej.
Fil-board ta’ Barcelona hemm Ariedo Braida, eks direttur ta’ Milan li ħadem viċin Allegri fiż-żmien tiegħu mal-istess klabb u minn dejjem kellhom relazzjoni tajba.
Apparti Allegri, Barcelona għandhom żewġ ismijiet oħra bħala objettivi. Dawn huma l-kowċ preżenti ta’ Tottenham Mauricio Pochettino u l-kowċ preżenti ta’ Everton Ronald Koeman. Dan tal-aħħar ta’ min isemmi li fil-passat kien plejer tal-Katalani.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment