In-Naplitani m’hemmx li jieħdu nifs, hekk kif wara l-attakkant Gonzalo Higuaín, issa anke d-difensur Kalidou Koulibaly jrid iħalli l-klabb.
Ħabbar dan l-aġent tas-Senegaliż ta’ 25 sena, li madankollu għamilha ċara li l-plejer mhux se jingħaqad ma’ Juventus, jew xi konkorrent ieħor, iżda hemm l-interess ta’ Chelsea u Everton.
“L-istaġun li għadda riedu li l-plejer iħalli lil Napoli għax qalu li mhux konċentrat, imma ta risposta. Issa qalulna li hu plejer kbir, imma għamlulna offerta li ma tirriflettix dan meta l-plejer kien se jġedded il-kuntratt,” qal l-aġent Bruno Satin.
Sors: Radio CRC