Kif kulħadd jaf, fl-aħħar jiem u xhur kien hemm polemika sħiħa għaliex Gianluigi Donnarumma kien ikkonferma li ma kienx se jġedded ma’ Milan. Madankollu issa ġara’ l-oppost.
Il-goalkeeper internazzjonali Taljan iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mar-Rossoneri sa Ġunju tal-2021 u se jkun qed jaqla’ €6 miljun fis-sena.
Il-klawżola tat-tluq ta’ Donnarumma mistennija tkun bejn €70-100 miljun u €50 miljun jekk jonqsu milli jikkwalifikaw għaċ-Champions League.
Sors: Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com