Is-sospensjoni ta’ żewġ logħbiet li ngħata l-plejer ta’ Roma Kevin Strootman tneħħiet wara l-appell, u jiem ta’ pressjoni minn diriġenti ta’ Roma.

Strootman kien se jitlef il-logħob kontra Milan u Juventus, wara akkużi li waddab ilma lejn l-avversarju u pprovoka ġlieda.

Iżda s-sospensjoni issa tneħħiet wara li matul il-ġimgħa, id-Direttur Ġenerali ta’ Roma Mauro Baldissoni qal li “hemm riskju li l-kampjonat jiġi falsifikat.”

Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280